ŻfinMalta, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Paolo Mangiola, u b’kollaborazzjoni ma Spazju Kreattiv, qed tniedi l-ewwel Serje Drammaturġika tagħha, serje fuq tliet partijiet bi tliet kapitli ppreżentati f’April, f’Mejju u f’Ġunju tal-2022.
Din is-serje drammaturġika ta’ sessjonijiet se tindirizza mistoqsijiet bħal: “X’inhu drammaturgu taż-żfin?”, “Għalfejn għandna bżonn drammaturgu taż-żfin?”, “Għalfejn għandi nsir drammaturgu taż-żfin?”. Din is-serje se tiffoka fuq l-iskoperta ta’ għodod ta’ prattika drammaturġika, b’enfasi partikolari fuq il-kelma “prattika”.
Immexxi b’mod konġunt minn Rodia Vomvolou u Thomas Schaupp, iż-żewġ drammaturgi taż-żfin se jikkondividu l-prattiki u l-esperjenzi tagħhom fil-qasam waqt li se jkunu qed jgħallmu lill-applikanti magħżula matul is-serje li se tittella’ fi Spazju Kreattiv.
Kapitlu 1: It-Tlieta, il-5 ta’ April – il-Ħamis, is-7 ta’ April 2022 (sessjonijiet online, Studio B, Spazju Kreattiv / 3 sigħat kuljum)
Kapitlu 2: It-Tlieta, it-3 ta’ Mejju – il-Ħamis, il-5 ta’ Mejju 2022 (3 ijiem intensivi, Studio A, Spazju Kreattiv / 6 sigħat kuljum)
Kapitlu 3: L-Erbgħa, it-8 ta’ Ġunju – il-Ġimgħa, l-10 ta’ Ġunju 2022 (sessjonijiet online, Studio A, Spazju Kreattiv / 3 sigħat kuljum)
Din hija opportunità eċċellenti għan-nies li huma interessati fiż-żfin u l-moviment bħala forma artistika u l-iżvilupp tiegħu. ŻfinMalta u Spazju Kreattiv qed isejħu għall-individwi kollha li ġejjin mis-settur artistiku u x-xjenzi umanistiċi, l-akkademja u x-xjenza li qed ifittxu li jsaħħu l-għodod tal-prattika attwali tagħhom u li huma partikolarment interessati fil-proċessi ta’ ħolqien artistiku.
Il-kors huwa mingħajr ħlas u limitat għal 6 parteċipanti.