Call for Dancers_April 7, 2018


ŻfinMalta Dance Ensemble, the National Repertory Dance Company of Malta, under the artistic direction of Paolo Mangiola, is holding an audition for female and male full-time dancers.

Dancers must possess excellent coordination skills, a solid background in classical ballet and contemporary dance practices and have the ability to adapt quickly to various working methods and processes.

Female dancers should feel confident with pointe work.

Applicants are asked to send their photos (face and body), CV and a weblink to a short video at vacancies@zfinmalta.org

Shortlisted applicants will be invited to the audition on Saturday the 7 th of April 2018 at the Mediterranean Conference Centre, Hospital street, Valletta, Malta.

Selected applicants will be asked to stay on for an extra day, Sunday the 8 th of April 2018. Successful applicants will enter into a paid contract with ŻMDE from August 2018 to July 2019.

For more information about the company and its repertoire please visit the website www.zfinmalta.org

Deadline for applications 4 th of March 2018. Shortlisted applicants will be notified shortly after.

_______________________________

ŻfinMalta Dance Ensemble, il-kumpanija nazzjonali taż-żfin ta' Malta, taħt id-direzzjoni artistika ta' Paolo Mangiola, qed torganizza udjenza bi prova għal żeffiena nisa u rġiel full-time.

Iż-żeffiena jrid ikollhom ħiliet ta' koordinazzjoni eċċellenti, sfond tajjeb fil-ballet klassiku u prattiċi taż-żfin kontemporanju kif ukoll kapaċità li jadattaw malajr għal diversi metodi u proċessi ta' xogħol.

Żeffiena nisa jridu jkunu kunfidenti fit-teknika pointe.

L-applikanti huma mitluba jibagħtu r-ritratti tagħhom (tal-wiċċ u sħiħ), CV u ħolqa elettronika għal filmat qasir lil vacancies@zfinmalta.org

Numru ta' kandidati se jkunu mistiedna għal udjenza bi prova nhar is-Sibt 7 ta' April 2018 f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Triq l-Isptar, il-Belt Valletta, Malta.

Minn dawn, se jintgħażlu wħud li jintalbu jibqgħu għal ġurnata oħra, il-Ħadd 8 ta' April 2018.

L-applikanti li jintgħażlu minn dawn, jingħataw kuntratt bi ħlas ma' ŻMDE minn Awwissu 2018 sa Lulju 2019.

Għal aktar tagħrif dwar il-kumpanija u r-repertorju tagħha jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku: www.zfinmalta.org

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu sal-4 ta' Marzu 2018. L-applikanti mistiedna għall-udjenza bi prova jkunu avżati ftit wara.